Inawgurata Klinika Privata Ġdida Tal-IVF

  • Home
  • Inawgurata Klinika Privata Ġdida Tal-IVF
Inawgurata Klinika Privata Ġdida Tal-IVF

Ġiet inawgurata klinika privata ġdida tal-fertilità, bl-isem ta’ HOPE, li se toffri servizzi ta’ prokreazzjoni assistiti lill-klijenti Maltin u barranin.

Dan l - investiment barrani huwa ta’ madwar miljun ewro mill - klinika HOPE u se jkompli jsaħħaħ il - qasam tal - life sciences f’pajjiżna fejn il - Malta Enterprise qed tkompli tattira l - investiment.

Qal, “We’re here to serve and we are here to contribute to the success of Malta all around the world.”

Id - Deputat Prim Ministru u Ministru tas - Saħħa, Chris Fearne qal li Malta diġà toffri servizzi tal - ogħla livell u s’issa twieldu iżjed minn 430 tarbija permezz tal - IVF b’xejn f’Mater Dei u hemm mal - 40 mara oħra tqila bl - użu tal - istess servizzi.

Qal, “Biex issa wara l - aħħar emendi li għamilna fil - liġi tal - IVF f’pajjiżna.Waqt li sa qabel konna mdorrijin illi l - pazjenti Maltin kienu jieħdu t - trattament barra, issa ġejna f’sitwazzjoni fejn klijienti minn barra qed jirċievu trattament ġewwa kliniċi privati ġewwa Malta.”

Id - Deputat Prim Ministru stqarr li bħalissa qed jiġu ffinalizzati t - tenders neċessarji biex l - Isptar Mater Dei jakkwista t - teknoloġija neċessarja biex joffri s - servizz PGTM bla ħlas.

Preżenti wkoll għal din l - inawgurazzjoni kien hemm il - Ministru għall - Intrapriża, Miriam Dalli.

Qalet, “Fil - fatt din is -sena diġa rnexxilna nattiraw mat -€80 miljun investiment f’dan is -settur li jvarja mir - R

View Original Article